Li tingħaqad mal-Forza Nazzjonali hu l-uniku mod biex teħles mill-klikka tal-Panama u din il-Forza qed tipproponi politika progressiva tajba ħafna, l-interess tiegħi hu biss li ngħix f’pajjiż Ewropew normali.
Kliem Michael Briguglio fuq is-sit soċjali facebook fejn rrefera għal rapporti li Arnold Cassola, Chairman tal-Alternattiva Demokratika, qal lil membri tal-AD biex jimxu mad-direttivi tal-eżekuttiv. Briguglio Semma kif fi Franza l-eks kap tal-ħodor Danny Chon Bendit ta l-appoġġ tiegħu lil Macron u mhux lis-soċjalisti, għaliex fejn jidħlu prinċipji dawn għandhom ikunu l-priorità.
Hu saħaq li l-appell tiegħu lill-AD biex jingħaqdu fil-Forza Nazzjonali jirrifletti wkoll l-ħsieb ta’ ħafna mill-membri, eks-membri, eks kandidati u anke sostenituri ta’ dan il-partit.
Michael Briguglio qal li offra ir-riżenja tiegħu mill-AD u saħaq billi qal li filwaqt li jirrispetta d-deċiżjoni tal-AD hu ma jaqbilx magħha.
//= $special ?>