L-Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea li qed imexxi n-negozjati dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE se jaħdem biex jevita ‘l-inflessibbiltà’ fil-proċeduri mal-fruntiera tal-Irlanda, ladarba jikkonkludu l-proċess tal-Brexit.
Michael Barnier impenja ruħu kontra hekk-imsejjaħ hard border – jew sitwazzjoni fejn fruntiera bejn żewġ pajjiżi tkun suġġetta għall-kontrolli riġidi ferm mill-uffiċjali u suldati, aktar minn sistema fejn in-nies jistgħu jgħaddu faċilment, bi ftit kontrolli.
Barnier kien qed jindirizza sessjoni konġunta taż-żewġt ikmamar tal-Parlament f’Dublin, bid-diskors ikun l-ewwel ta’ dan it-tip minn uffiċjal li mhux kap ta’ stat jew prim ministru.
In-negozjatur qal lill-parlamentari Irlandiżi li kellu d-dover biex jitkellem il-verità u jsostni li ‘it-tluq tar-Renju Unit mill-UE se tħalli l-konsegwenzi’. Barnier enfasizza li l-kontrolli doganali huma parti mis-sistema tal-UE għall-immaniġġjar tal-fruntieri ‘u li l-Brexit, ladarba jsir, ikun ifisser li l-fruntiera Irlandiża tinbidel fi fruntiera doganali’.
Il-Gvern Irlandiż u dak tar-Renju Unit it-tnejn ma jridux ritorn għal sistema doganali ‘antika’ mal-fruntiera. Dan meta l-UE qed timxi fuq linji ta’ gwida li jsejħu għal ‘atteġġjament kreattiv u flessibbli’ għall-kwistjoni doganali. Intant, la l-Unjoni Ewropea u lanqas ir-Renju Unit ma ressqu pjani konkreti dwar l-issue.
Michel Barnier kompla li, irrispettivament minn dak li jintlaħaq fin-negozjati għall-Brexit, ‘ħadd mgħandu jissogra riskju għall-paċi’. Filwaqt li awgura suċċess għan-negozjati ma’ Londra, Barnier ried ‘iserraħ moħħ l-Irlandiżi li l-interessi tar-Repubblika tal-Irlanda se jkunu rappreżentati mill-UE fin-negozjati dwar il-Brexit’. Dan meta Barnier irid li l-partijiet jinnegozjaw ftehim ‘ambizzjuż u xieraq’ għall-kummerċ ħieles.
//= $special ?>

