Lokali Mużika

Malta ma tgħaddix għall-finali tal-Eurovision

Claudia Faniello llejla tkanta fir-raba' post.

Il-kanzunetta Maltija ‘Breathlessly’ m’għadditx għall-finali tal-Eurovision Song Contest li se jsir nhar is-Sibt li ġej. Minkejja prestazzjoni mill-aqwa mill-kantanta Claudia Faniello, il-kanzunetta Maltija ma kinitx waħda mill-għaxar finalisti li għaddew mis-serata tal-lejla.

Il-pajjiżi li għaddew għall-finali mis-serata tal-lejla huma dawn: Il-Bulgarija, il-Belarus, il-Kroazja, l-Ungerija, id-Danimarka, l-Iżrael, ir-Rumanija, in-Norveġja, l-Olanda, l-Awstrija. Il-Eurovision ta’ din is-sena qed isir fl-Ukrajna.