Fi stqarrija, Pilatus Bank qal li qed jieħu passi legali fl-Istati Uniti kontra dawk li ħammġu ir-reputazzjoni tal-bank stess. Il-bank qal li dawn huma akkużi foloz u defamatorji fil-kont tagħhom, u għaldaqstant se jfittxu lill-partijiet u individwi kollha li direttament jew indirettament kienu involuti fl-allegazzjonijiet serji fuq it-televixin, radju u gazzetti.
Għaldaqstant, Pilatus Bank ikkonferma li dawn id-dokumenti li ġew illikjati kienu ta’ natura kunfidenzjali u li l-informazzjoni kienet ġejja mir-rapporti tal-FIAU. B’dan il-mod, skont kif ta x’jifhem fl-istqarrija tiegħu Pilatus Bank, qed jikkonferma li d-dokument li ġew illikjati huma awtentiċi. Fl-ebda parti minn din l-istqarrija ta’ Pilatus Bank ma hemm li dawn id-dokumenti llikjati huma foloz.
Din l-istqarrjia intbgħatet mis-COO Luis Felipe Rivera, l-istess persuna li kien qiegħed jakkumpanja lic-Chairman Ali Sadr fl-inkjesta fil-Qorti ta’ Malta.
Pilatus Bank irraporta ilment kriminali fil-konfront tal-Pulizija ta’ Malta hekk kif ġew illikjati dokumenti kunfidenzjali u informazzjoni mid-dokumenti tal-FIAU. Il-bank qal li hu jieħu l-kunfidenzjalita’ tal-klijenti tiegħu serjament – u se tfittex lill-individwi u l-partijiet kollha konċernati – dan minħabba l-misaproppriazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali.
Il-bank qal li hemm liġijiet li jipprojbixxu li l-bank jitkellem dwar il-kontenut tar-rapporti tal-FIAU jew aġenziji oħra. U għaldaqstant il-bank ma jistax jirrispondi direttament dwar ċertu malafami.
//= $special ?>