Il-Ministru Ġermaniż għall-Affarijiet Barranin, Wolfgang Schaeuble, irid jixpruna l-integrazzjoni tal-Istati taz-zona ewro, bit-twaqqif ta’ Parlament għall-pajjiżi msieħba fl-unjoni monterarja.
Schaeuble qal, f’intervista pubblikata fil-gazzetta Taljana, La Stampa, li hu iddiskuta l-idea, li għandha tmur id f’id mal-pjan favorit tiegħu għall-ħolqien ta’ fond għall-bailout fuq livell kontinentali, bis-sehem tal-President-elett ta’ Franza, Emmanuel Macron.
Il-Ministru Ġermaniż qal li ‘l-Ewropej jistgħu jsaħħu l-mekkaniżmi speċifiċi’, fejn jitwaqqaf Parlament għaz-zona ewro magħmul mill-membri tal-Parlament Ewropew li jkollhom il-poteri konsultattivi rigward il-Mekkaniżmu għall-Istabbilità Ewropew.
Il-partiti politiċi fil-Ġermanja, fil-preżent, huma involuti fi kwistjoni dwar kif iwieġbu għall-proposti ta’ Macron għal integrazzjoni Ewropea aktar profonda – jew integrazzjoni li tinkludi baġit komuni u Ministru tal-Finanzi għall-grupp ta’ Stati membri.
Il-pjani ta’Macron jirrikjedu bidliet għat-trattati tal-UE u Schaeuble qal li mhux ‘realistiku’ li l-Gvernijiet kollha jagħtu l-approvazzjoni b’mod unanimu. Dan meta mistenni li, f’dan il-kriż, wħud fost il-Gvernijiet jiddeċiedu li jagħżlu t-triq tar-referendum.
//= $special ?>


