Elezzjoni 2017 Lokali

Suċċess għall-inizjattiva tal-PN fejn tista’ twassal l-ideat tiegħek

Fl-ewwel ftit siegħat tal-platform diġitali fis-sit forzanazzjonali.com, fejn kulħadd jista’ jitfa’ l-proposti tiegħu online biex eventwalment isiru parti mill-politika tal-Partit Nazzjonalista qed tħalli l-frott mixtieq.

Fil-fatt fl-ewwel ftit siegħat kien hemm għexieren ta’ eluf li żaru dan is-sit u l-istatistika turi wkoll li dawk li qed jipparteċipaw ġejjin minn kull lat tas-soċjetà. Fil-fatt fl-ewwel 24 siegħa kienu sottomessi aktar minn 500 proposta u ideat.

B’dan il-mod il-Partit Nazzjonalista qed jagħti l-opportunità biex il-poplu stess ifassal il-politika u jgħin biex ikunu solvuti l-problemi li jħabbat wiċċu magħhom. Għalhekk b’dan il-mod il-Partit Nazzjonalista qed isaħħaħ d-demokrazija tal-pajjiż bil-parteċipazzjoni aktar attiva taċ-ċittadini.

Anke din it-tip ta’ politika se tgħin biex issaħħaħ l-fiduċja tan-nies fil-politika filwaqt li tgħin biex jiżdied il-livell ta’ trasparenza. Ikun hemm tibdil fil-politika u anke tingħata aktar saħħa liċ-ċittadin fit-tfassil tal-politika, u għalhekk il-politika tersaq eqreb lejn in-nies.