Lokali

Titlef ħajjitha t-tifla ta’ 12-il sena li kienet involuta fl-inċident f’Bormla

Inċident tal-beiraħ f'Bormla
Fl-inċident tat-traffiku kien hemm involuti żewġ karozzi li fihom kien hemm b'kollox ħames min-nies.

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-9PM seħħ inċident tat-traffiku f’Bormla.

Fl-inċident tat-traffiku kien hemm involuti żewġ karozzi li fihom kien hemm b’kollox ħames min-nies. Filwaqt li tliet persuni sofrew ġrieħi ħfief, tifla ta’ 12-il sena tilfet ħajjitha filwaqt li s-sewwieq li kien magħha qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-inċident seħħ fi Triq it-Tlett Ibliet, Bormla.