Lokali Qorti

14-il xahar ħabs u multa ta’ €1,400 wara li inqabad bi 23.5 grammi kannabis

Minn dawn il-15-il borża, li b’kollox kien fihom 23.5 grammi ta’ kannabis, wieħed jista’ joħroġ mal-117-il joint.

Haruna Sarjo ta’ 29 sena mill-Gambja ntbgħat 14-il xahar ħabs u multa ta’ €1,400 wara li inqabad bi 23.5 grammi kannabis.

Il-każ imur lura għall-11 ta’ April li għadda meta għall-ħabta tal-11PM instabulu 15-il borża żgħira bil-kannabis f’San Pawl il-Baħar.

Minn dawn il-15-il borża, li b’kollox kien fihom 23.5 grammi ta’ kannabis, wieħed jista’ joħroġ mal-117-il joint. Il-Qorti qalet li dan jindika li l-kannabis kienet lesta sabiex tinbigħ, iktar u iktar għax instabulu aktar boroż żgħar tal-plastik vojta.

Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras kienet qed tmexxi dan il-każ.