Lokali Qorti

Andrew Mangion se jibqa’ taħt arrest

Andrew Mangion, akkużat bil-qtil ta' Eleanor Mangion Walker
Eleanor inqatlet f’Lulju tas-sena l-oħra u kienet insabet mejta ftit tal-ħin wara f’garaxx f’Ħal Qormi.

Il-Qorti, permezz tal-Maġistrat Antonio Mizzi reġgħet ma laqgħetx it-talba mill-ħelsien mill-arrest ta’ Andrew Mangion, li qed jiġi akkużat bil-qtil tal-eks mara tiegħu Eleanor Mangion Walker.

Eleanor inqatlet f’Lulju tas-sena l-oħra u kienet insabet mejta ftit tal-ħin wara f’garaxx f’Ħal Qormi. Sa minn dakinhar, Andrew Mangion inżamm arrestat. Minbarra akkuża ta’ qtil, Mangion jinsab akkużat ukoll li ħeba l-evidenza tal-att kriminali billi ħeba l-ġisem bla ħajja ta’ Eleanor Mangion Walker fil-garaxx f’Ħal Qormi.

L-avukat tal-akkużat qed jargumenta li Mangion għandu jinħeles mill-arrest peress li għadda wisq żmien u għalhekk m’għadiex teżisti l-possibilità li Mangion ibiddel xi tip ta’ evidenza.