Lokali

Bejn is-Sibt u l-Erbgħa se jitkompla x-xogħol fuq il-pont tal-Kappara

Membri tal-pulizija u uffiċjali ta’ Transport Malta se jkunu fuq il-post biex jagħlqu t-triq kif meħtieġ u jiggwidaw lis-sewwieqa minn toroq alternattivi.

Matul il-ġurnata ta’ għada s-Sibt, u bejn it-Tnejn u l-Erbgħa tal-ġimgħa li ġejja, se jkunu qed jinġarru l-aħħar tmien travi tal-ħadid li se jkunu parti mill-pont tal-flyover mill-Marsa sal-Kappara.

It-trejlers bit-travi se jitilqu mill-Marsa fis-7:30PM u se jgħaddu minn Triq il-Labour, Triq Aldo Moro, mill-bypass tal-Marsa-Ħamrun, mill-mini ta’ Santa Venera, Triq Reġjonali u Triq Mikiel Anton Vassalli. Partijiet minn dawn it-toroq se jkunu magħluqa sabiex is-sewwieqa jgħaddu minn toroq alternattivi bl-inqas inkonvenjent.

Apparti minn hekk, matul il-lejl tal-Ħadd, ix-xogħol se jkoompli u l-Kappara mistenni jingħalaq mid-9PMa sa kmieni filgħodu. Dan se jkompli wkoll fl-iljieli kollha bejn is-Sibt 13 u l-Erbgħa 17 ta’ Mejju 2017.

Membri tal-pulizija u uffiċjali ta’ Transport Malta se jkunu fuq il-post biex jagħlqu t-triq kif meħtieġ u jiggwidaw lis-sewwieqa minn toroq alternattivi.