Lokali

Belġjan iweġġa’ gravi wara li waqa’ bir-rota f’Baħar iċ-Ċagħaq

Karozza tal-Pulizija - mill-arkivji
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-2PM fi Triq il-Kosta Baħar iċ-Ċagħaq.

Belġjan ta’ 22 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li tilef il-kontrol tar-rota li kien qed isuq u waqa’ f’Baħar iċ-Ċagħaq.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-2PM fi Triq il-Kosta Baħar iċ-Ċagħaq. Il-Belġjan, residenti f’ San Pawl il-Baħar ittieħed l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.