Is-sajf li għadda ngħaqad b’self ma’ Juventus mingħand Bayern Munich. Mil-lum, Medhi Benatia jista’ jitqies bħala plejer uffiċjali ta’ Juventus. Fil-fatt, il-klabb Juventin ħabbar fuq is-sit uffiċjali tiegħu, li eżerċitaw id-dritt li kellhom li jakkwistaw lid-difensur mingħand il-klabb Ġermaniż għal somma ta’ €17-il miljun li jitħallsu f’sentejn. Id-difensur Marokkin ingħata kuntratt sal-2020. F’dan l-istaġun, Benatia lagħab 18-il logħba u skorja gowl kontra Milan.
//= $special ?>Benatia plejer ta’ Juventus b’mod definit
