Elezzjoni 2017

Dettalji dwar kif tista’ tivvota jekk mhux qiegħed jew mhux se tkun Malta

Dawk il-votanti li se jkunu msiefrin nhar il-ġurnata tal-elezzjoni ġenerali, se jkunu jistgħu jivvutaw fis-27 ta' Mejju.

Kull votant li se jkun msiefer fil-ġurnata tal-elezzjoni u li mhux se jkunu f’Malta sa nofsinhar tas-26 ta’ Mejju 2017, għandhom jagħmlu applikazzjoni tagħhom bil-ġurament fl-eqred ambaxxata jew High Commission. Hemmhekk huma għandhom jagħmlu ġurament għand Kummissarju għall-Ġuramenti. Dawk il-votanti li se jkunu msiefrin nhar il-ġurnata tal-elezzjoni ġenerali, se jkunu jistgħu jivvutaw fis-27 ta’ Mejju.

Il-lista ta’ dawn il-kummissarji tinsab hawn: https://electoral.gov.mt/OathsMT.  Min ikun jixtieq jagħmel appuntament jista’ jagħmel dan billi jibgħat imejl fuq l-indirizz elettroniku mniżżel fejn il-kummissarju partikolari.

Kopja elettronika tad-dikjarazzjoni ġuramentata trid tasal għand il-Kummissjoni Elettorali fuq electoral.office@gov.mt sa mhux aktar tard minn nofsinhar (ħin ta’ Malta) tal-Ġimgħa, 26 ta’ Mejju 2017.