Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Il-Kap tal-PN jerġa’ jippreżenta l-provi fl-inkjesta kriminali dwar Keith Schembri

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għat-tieni darba fi ftit jiem ippreżenta quddiem il-Qorti provi li juru b’mod ċar li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, kien fiċ-ċentru ta’ tixħim u korruzzjoni mill-bejgħ taċ-ċittadinanza ta’ pajjiżna.

Dan wara li l-provi li ressaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja tqiesu bħala biżżejjed biex l-istess Maġistrat jitlob li tiftaħ investigazzjoni kriminali separata.

Din it-talba ntlaqgħet u ttellgħet il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras b’polza biex tibda Inkjesta Maġisterjali. Kien għalhekk li Simon Busuttil intalab jidher mill-ġdid quddiem il-Qorti biex jassisti fl-investigazzjoni u jipprovdi l-provi.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna mill-ġdid li l-provi li pprovda huma ċari u wissa’ wkoll dwar kollass tal-istituzzjonijiet f’pajjiżna.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sadattant għadu jtenni fiduċja assoluta fiċ-Chief of Staff tiegħu, Keith Schembri.