Il-Partit Nazzjonalista jinsab kburi li għall-ewwel darba nieda proposti ddedikati speċifikament għal Għawdex, magħmula mill-Għawdxin għall-Għawdxin.
Qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt li kien qed jindirizza lill-Għawdxin f’Għajnsielem, ftit ħin biss wara li ppreżenta programm elettorali ta’ 100 proposta dwar Għawdex.
Il-proposti ġew iffurmati wara li l-Partit Nazzjonalista tella’ Konvenzjoni Ġenerali bl-isem ta’ Idea Għawdex biex b’hekk kienu l-Għawdxin biss li qasmu l-ħsibijiet u x-xewqiet tagħhom.
Dan għall-kuntrarju tal-Partit Laburista, li wara erba’ snin fil-Gvern skopra li Għawdex għadu jeżisti.
Simon Busuttil wiegħed li Gvern Nazzjonalista jkun differenti u mhux se jagħmel bħall-Partit Laburista li ilu erba’ snin iwiegħed anke link permanenti bejn Malta u Għawdex.
Fuq kollox il-Partit Nazzjonalista qed jagħmel wegħda b’saħħitha u ċara; wegħda tant għal qalb l-Għawdxin hekk kif l-isptar ta’ Għawdex li l-Partit Laburista biegħ lill-privat jirritorna lura għand l-Għawdxin mingħajr ħadd ma jitlef xogħlu.
Fl-istess waqt il-Partit Nazzjonalista qed joffri garanzija li l-proġett tal-Iskola Medika ta’ Barts jibqa’ fis-seħħ u appoġġjat.
Ma jistax jonqos li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista jitkellem ukoll dwar l-aħħar żvilupp fil-każ tal-korruzzjoni u tixħim minn Keith Schembri, fl-istess ġurnata li mill-ġdid ippreżenta provi ċari dwar dan.
Ftit sighat biss wara li l-Partit Nazzjonalista hareg il-programm elettorali tieghu ffukat specifikament ghal Ghawdex, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon indirizza lill-Ghawdxin f’Ghajnsielem qalb folla mill-isbah.
//= $special ?>