Lokali Mużika

FILMAT: Studenti Maltin fit-tieni post tal-ischoolovision 2017

Studenti Maltin jiġu t-tieni f'kompetizzjoni tal-schoolovision

Malta tikwalifika fit-tieni post fl-iSchoolovision 2017. Schoolovision hija kompetizzjoni diversi pajjiżi jikkompetu kontra xulxin permezz ta diski kantati minn studenti żgħar.

Fost il-kanzunetti li kienu sottomessi din is-sena, Malta klassifikat fit-tieni post bil-kanzunetta Time Expedition. Din il-kanzunetta titkellem fuq kif illum il-ġurnata t-tfal qed iqattgħu ħafna ħin fuq apparat teknoloġiku u b’hekk qed jinsew kif jilgħabu fl-arja ta’ barra. Appart minn hekk il-kanzunetta tgħid li dan qed jaffettwa l-element soċjali tat-tfal.

Tista’ ssewgri l-kanzunetta ta’ Malta fil-filmat t’hawn fuq.