Lokali

“Gvern li ċeda l-armi u li ma wettaqx governanza tajba” – Marie Briguglio

Marie Briguglio
Marie Briguglio qalet li stenniet ahjar minn Joseph Muscat bhala Prim Ministru

“Ixxokajta. Gvern li ċeda l-armi. Gvern li ma wettaqx. Gvern li qed jittama illi wara l-elezzjoni jisparixxu l-iskandli kollha li daħal fihom”.

Stqarrijiet iebsin illi saru mill-ekonomista Marie Briguglio meta kienet mistiedna fuq Net TV mill-preżentatur Frank Psaila.

L-ekonomista Marie Briguglio titkellem ukoll dwar l-iskandlu tal-Panama Papers illi fih hemm involuti l-aktar nies qrib ta’ Muscat.

Fuq Net TV, Briguglio qalet li stenniet aħjar minn Joseph Muscat bhala Prim Ministru.

Hi qalet ukoll li f’pajjiżna, minkejja l-ġid nazzjonali li inħoloq fl-aħħar snin, għad hawn min għadu fqir fil-but.