Lokali

AĠĠORNATA: Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara inċident fiż-Żejtun

Karozza tal-Pulizija - Ritratt mill-arkivji
L-identità u l-kundizzjoni tas-sewwieqa għadhom mhumiex magħrufa.

Ftit tal-ħin ilu għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Bir id-Deheb iż-Żejtun. Fl-inċident kien hemm involuti mutur misjuq minn Taljan u karozza misjuqa minn Żejtuni ta’ 39 sena.

Fuq il-post issejħet l-assistenza medika u s-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.20PM.