Internazzjonali

Il-Papa f’peleġrinaġġ f’Fatima

Iż-żewġt itfal, Jacinta u Francisco Marto se jkunu dikjarati qaddisin is-Sibt li ġej.

 

Il-Papa Franġisku          l-Ġimgħa beda pellegrinaġġ għal Fatima fil-Portugal. Vjaġġ li matulu se jiddikjara lil żewġt itfal li kienu raw il-viżjonijiet tal-Madonna qaddisin. Dan fil-100 sena tal-viżjonijiet.

Iż-żewġt itfal, Jacinta u Francisco Marto se jkunu dikjarati qaddisin is-Sibt li ġej. Huwa mifhum li l-ewwel viżjoni saret fit-13 ta’ Mejju 1917.

Il-Papa wasal fis-Santwarju ta’ Fatima l-Ġimgħa u se jdum sas-Sibt. Il-Ġimgħa filgħaxija hu se jattendi għal purċissjoni u s-Sibt issir quddiesa li fiha ż-żewġt itfal jiġu dikjarati qaddisin.

Il-Portugall żiedet is-sigurta’ tagħha u sospendiet il-Ftehim ta’ Schengen, hekk kif huwa mistenni li jkun hemm iktar minn miljun pellegrin għaż-żjara tal-Papa f’Fatima.