L-iskola primarja ta’ Ħal Tarxien, li tifforma parti mill-Kulleġġ San Tumas Moore, sfat misruqa darbtejn f’temp ta’ ġimgħa minn persuna jew persuni mhux magħrufa.
L-ewwel rapport wasal għand il-Pulizija nhar it-Tnejn li għadda, fis-06:30, meta l-uffiċjali tal-iskola daħlu lura għax-xogħol wara tmiem il-ġimgħa. Mill-iskola ttieħdu flus kontanti, imma wkoll xi oġġetti oħra, kif ukoll saret ħsara fil-post.
L-istess skola nsterqet għat-tieni darba f’ġimgħa matul il-lejl li għadda, fejn mill-ġdid insterqu xi flus, saret ħsara minħabba żgass u saħansitra ninsabu nfurmati li ttieħed sett ċwievet tal-iskola.
Jirriżulta li dawn huma biss tnejn minn sensiela ta’ serqiet mill-istess skola fl-aħħar xhur, fejn sorsi saħansitra spjegawlna li min qed iwettaq dawn is-serqiet kien ilu jipprova jiżgassa l-uffiċċju tal-Kap tal-iskola.
Bħalissa għaddejja inkjesta maġisterjali.
//= $special ?>

