Għal ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar, il-Kap tal-Partit Demokratiku marret fl-Uffiċju Elettorali fin-Naxxar fejn tefgħet in-nomina tagħha għall-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju.
Marlene Farrugia ħabbret li f’din l-elezzjoni li jmiss se tikkontesta fuq il-ħames u l-għaxar distretti elettorali.
Qabel daħlet titfa’ in-nomina – akkumpanjata mal-kandidati kollha tal-Partit Demokratiku, Marlene Farrugia qalet li l-għażla li jifforma dan il-partit ġdid ġiet wara l-Gvern ta’ Joseph Muscat safa mifni mill-korruzzjoni li kisser ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.
U kien għalhekk li ingħaqdu mal-aktar Partit b’saħħtu fl-Oppożizzjoni, mal-Partit Nazzjonalista f’din il-forza nazzjonali biex Malta terġa’ tkun tal-poplu għal darb’oħra – issa li hawn bżonn bidla.
//= $special ?>