Roderick Farrugia ta’ 38 sena ma nstabx ħati li dejjaq lill-ġirien bil-ħsejjes tal-kompressur tal-air conditioner tiegħu, mill-Qorti tal-Appell.
Filfatt, Farrugia minn San Pawl il-Baħar kien instab ħati f’Settembru tal-2011 li kien ta’ inkonvenjent għall-ġirien tiegħu minħabba ħsejjes ikkawżati mill-air conditioner tiegħu. Dakinhar hu kien ordnat iħallas multa ta’ €58 u sabiex iħallas l-ispejjeż kollha tal-Qorti.
Madanakollu rriżulta li l-Qorti sabet li l-ħsejjes kienu ġejjin minn postijiet oħra.
//= $special ?>