Elezzjoni 2017 Lokali

In-Nazzjon 12.05.2017

In-Nazzjon bi stejjer u rapporti dwar l-andament u l-iżviluppi tal-kampanja elettorali li se twassal lill-elettorat Malti u Għawdxi jagħmel għażla u jiddeċiedi bil-vot fl-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju.

In-Nazzjon jelenka fid-dettal il-proposti tal-Partit Nazzjonalista dwar il-pensjonijiet fil-politika li qed jippreżenta għan-nies. Stejjer oħra jittrattaw il-kritika li qiegħed jagħmel il-Prim Ministru Muscat għall-proposti tal-Partit Nazzjonalista; id-dikjarazzjoni li għamel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista li llum fil-Qorti jippreżenta l-provi lill-Maġistrati li qed tinvestiga lil Keith Schembri biex jiddefendi lill-poplu Malti u Għawdxi; il-proposti dettaljati li ressqet lill-partiti politiċi l-Kummissjoni Interdjoċesana dwar l-Ambjent; u s-suċċess li qed tirreġistra l-pjattaforma diġitali bis-sit forzanazzjonali.com.

L-opinjonijiet fil-ġurnal tal-lum jinkludu l-analiżi ta’ Joe Zahra, Sam Abela u Fr Mario Attard.

Ritratt sabiħ fil-paġna ta’ wara tal-ġurnal, isellem lil Claudia Faniello għall-interpretazzjoni mill-aqwa fis-serata tas-semifinali tal-Eurovision Song Contest minkejja li ma għadditx għall-finali ta’ għada s-Sibt.