Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li karozza tibqa’ dieħla fit-traffic lights fil-Marsa

Għall-ħabta tas-siegħa u nofs tal-Ġimgħa filgħodu, seħħ inċident stradali fejn karozza baqgħet dieħla ġot-traffic lights fil-Marsa.

L-inċident seħħ fi Triq il-Ħaddiem fil-Marsa, fejn skont stqarrija tal-Pulizija rriżulta ta’ 34 sena, li jirrisjedi x-Xgħajra – tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu tat-tip Maruti 800 u ħabat ġot-traffic lights.

Mal-ewwel fuq il-post marru tim mediku u ambulanza li ħadu lir-raġel involut fl-inċident l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.