Stħarriġ ippubblikat illejla fuq il-programm Xarabank jikkonferma x-xejra tal-istħarriġ tal-aħħar ġimgħat, jiġifieri li l-partiti politiċi jinsabu ras’imb’ras u li r-riżultat fl-elezzjoni ġenerali li ġejja jista’ jmur fuq kull naħa. Fil-fatt, skont l-istħarriġ ta’ Xarabank, li sar aktar kmieni din il-ġimgħa, id-distakk bejn il-partiti ewlenin hu lanqas li qatt kien fl-ahhar 4 snin, jiġifieri 2.6%. Dan ifisser ukoll li kemm ilha li bdiet il-kampanja elettorali, id-distakk bejn iż-żewġ partiti kompla jonqos.
Mill-aħħar elezzjoni ġenerali, il-Partit Laburista tilef 4.2% tal-voti, waqt li l-voti tal-Partit Nazzjonalista żdiedu b’4.7%. Jirriżulta wkoll li 5.8% ta’ dawk li vvutaw lill-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni ġenerali, issa se jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista.
Anke f’dak li għandu x’jaqsaam mal-fiduċja bejn il-mexxejja, l-istħarriġ ta’ Xarabank jikkonferma li d-differenza bejn iż-żewġ mexxejja hi lanqas li qatt kienet: jiġifieri 2.9%.
Ikkonfermat ukoll il-fatt li Simon Busuttil għandu l-fiduċja tal-votanti Nazzjonalisti aktar milli għandu Muscat tal-votanti Laburisti.
//= $special ?>