Futbol Sport

CHAMPIONS LEAGUE – Il-finali f’idejn Brych

Felix Brych

Il-UEFA ħabbret li r-referee li se jikkontrolla l-finali taċ-Champions League bejn Real Madrid u Juventus se jkun il-Ġermaniż Felix Brych. Il-logħba bejn dawn it-tnejn se tintlagħab fil-belt ta’ Cardiff f’Wales.

Brych, li għandu 41 sena kien wieħed fost ir-referees li kienu preżenti waqt l-Euro 2016 matul is-sajf li għadda. Fl-2014 Brych kien ikkontrolla l-finali tal-Europa League bejn Sevilla u Benfica li kienet intlagħbet fil-grawnd ta’ Juventus f’Turin.

Dan l-istaġun ikkontrolla l-logħba ta’ Juventus kontra Porto fil-fażi tan-knockout.