Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: “Godfrey ġenwin” – Joseph Muscat għaxart ijiem ilu

Għaxart ijiem qabel Godfrey Farrugia tefa’ n-nomina tiegħu bħala kandidat għall-elezzjoni ġenerali mal-Forza Nazzjonali, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva lil Godfrey Farrugia bħala “ġenwin”.

Aktar kmieni matul il-ġurnata, l-eks Deputat Laburista Godfrey Farrugia rriżenja għal kollox mill-Partit Laburista u ftit wara baqa’ sejjer lejn in-Naxxar fejn hemmek tefa’ n-nomina tiegħu għall-elezzjoni bħala kandidat tal-Partit Demokratiku mal-Forza Nazzjonali. Skont Godfrey Farrugia, il-Partit Laburista tilef ruħu u nħataf minn klikka.

Għaxart ijiem ilu biss, Joseph Muscat kien iddeskriva lil Godfrey Farrugia bħala “ġenwin” waqt il-programm Dissett.