Lokali

FILMAT: Il-Partit Nazzjonalista se jinkludi l-gay marriage fil-programm elettorali

Fil-programm elettorali li jmiss, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jinkludi l-gay marriage. Dan huwa l-pass loġiku li jmiss, anke biex din l-issue ma tibqax tiġi politiċizzata.

Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt li kien qed jieħu sehem f’sessjoni fuq Facebook Live, li matulha jiġu diskussi l-ideat minn-nies fuq is-sit www.forzanazzjonali.com/ideat.

Simon Busuttil qal li hu jemmen li d-drittijiet li ngħataw mill-Gvern preżenti għandhom jinżammu kollha, u l-biżà li qed tinxtered hi bla sens.

Fis-sessjoni fuq Facebook ġew diskussi temi oħra, li wieħed jista’ jsegwihom hawnhekk.