Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Michael Briguglio u Bernard Grech jiddominaw id-dibattitu f’Xarabank

“L-uniku mod kif nistgħu nehilsu mill-iktar Gvern korrott li qatt kellu pajjizna huwa billi nivvotaw lil Forza Nazzjonali u nassiguraw li Simon Busuttil ikun il-Prim Ministru ta’ Malta”. Kliem Michael Briguglio waqt dibattitu fil-programm Xarabank.

Fid-dibattitu ħadu sehem l-opinjonisti Michael Briguglio u Bernard Grech u l-esponenti Laburisti, Alex Saliba u Charlon Gouder.

L-avukat Bernard Grech sostna li l-problema f’dan il-pajjiż illum mhijiex biss Konrad Mizzi u Keith Schembri imma l-ikbar problema hija li llum ikkollassaw l-istituzzjonijiet li jinsabu maħkuma minn Joseph Muscat.

Bernard Grech qal li huwa mhux se jinxtara minn Joseph Muscat b’ċekk ta’ rifużjoni tat-taxxa fuq il-karozza meta fl-istess nifs il-Gvern ta’ Joseph Muscat qed jisirqu fil-prezz tad-diesel għall-istess karozza.

Michael Briguglio kkritika l-messaġġ tal-Partit Laburista u qal li llum huwa l-aqwa żmien għall-Panama u għall-korruzzjoni.

Minkejja l-iskandli kollha ta’ korruzzjoni madwar Keith Schembri u Konrad Mizzi, l-opinjonista Charlon Gouder jgħid li huwa kuntent li Muscat żamm madwaru lil dawn iż-żewġ persuni.

Michael Briguglio fakkar li Muscat sejjaħ elezzjoni sena qabel biex isalva ġildu.

Huwa għalhekk, saħaq Michael Brigulio, li l-għażla quddiemna hija li neħilsu minn dan il-Gvern korrott u nagħżlu lil Simon Busuttil bħala l-Prim Ministru ta’ pajjiżna.