Għada f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta, issir il-lejla tal-premjazzjoni tal-edizzjoni ta’ dis-sena tal-MFA Awards.
Din is-serata hi ċelebrazzjoni tal-futbol Malti u l-unuri se jingħataw huma ħdax, minbarra unuri speċjali oħra li jonoraw lill-plejers li ddistingwew ruħhom matul l-istaġun 2016-17 fil-livelli u l-kategoriji kollha.
L-unur ewlieni tal-MFA Footballer of The Year dis-sena huwa kkontestat bejn żewġ plejers taċ-champions Hibernians, Andrei Agius u Bjorn Kristensen: tnejn ta’ Birkirkara, Gareth Sciberras u Joseph Zerafa u Paul Fenech ta’ Balzan.
Ta’ min jinnota li se jkun il-pubbliku li jagħżel l-aqwa gowl tal-istaġun (minn 10 gowls) permezz tat-televoting matul il-jiem.
Il-lejla tal-premjazzjoni tal-MFA Awards tixxandar b’mod dirett fuq TVM2 fit-8.30pm.
Din hi l-ewwel darba kemm ilhom isiru l-awards fil-format attwali li s-serata qed issir qabel ikun intemm l-istaġun tal-futbol.
Il-finalisti huma:
L-aqwa plejer
Andrei Agius (Hibs)
Paul Fenech (Balzan)
Bjorn Kristensen (Hibs)
Gareth Sciberras (B’Kara)
Joseph Zerafa (B’Kara)
L-aqwa kowċ
Danilo Doncic (St Andrews)
Mark Miller (Hibs)
Oliver Spiteri (Balzan)
L-aqwa plejer żagħżugħ
Jean Borg (Valletta)
Jurgen Degabriele (Hibs)
Jake Grech (Ħamrun S)
L-aqwa plejer barrani
Alan Da Silva Souza (Balzan)
Bojan Kaljevic (Balzan)
Jackson Lima (Hibs)
L-aqwa plejer tal-I Diviżjoni
Erjon Beu (Lija A)
Juninho Conceicao Cabral (Senglea A)
Yuri De Jesus Messias (Naxxar L)
L-aqwa plejer tat-II Diviżjoni
Giovanni Galea (Qrendi)
Tanaka Kumpei (Żejtun C)
Alan Tabone (Żejtun C)
L-aqwa plejer tat-III Diviżjoni
Luke Galea (Dingli S)
Ryan Sell (Kalkara)
Timothy Thomas (Kalkara)
L-aqwa plejer mara
Ann Marie Said (B’Kara)
Stephania Farrugia (B’Kara)
Shona Zammit (Hibs)
L-aqwa plejer tal-Youths
Jan Busuttil (Pietà H)
Neil Frendo (Mosta)
Kurt Shaw (Sliema W)