It-tabib Godfrey Farrugia se jkun wieħed mill-kelliema fil-mass meeting ta’ għada f’Ħaż-Żebbuġ.
Dan ħabbru l-eks Ministru tal-Partit Laburista f’kummenti lill-media ftit tal-ħin ilu.
L-eks whip Laburista kien ċeda l-pozizzjoni tiegħu mill-Grupp Parlamentari ftit tal-jiem biss wara li faqqa’ l-iskandlu Egrant, b’allegazzjonijiet serjissimi fil-konfront tal-mara ta’ Muscat.
Illum, fl-ittra tar-riżenja mill-PL, Farrugia stqarr b’mod ċar illi l-Partit Laburista tilef ruħu.
//= $special ?>