F’In-Nazzjon illum , servizz speċjali dwar il-100 proposta li ħabbar il-Partit Nazzjonalista fi programm elettorali li ppreżenta lill-Ghawdxin.
Stejjer oħra huma marbuta mal-merħba entużjasta li ngħata l-Kap tal-Partit Nazzjonalista lbieraħ f’Għajnsielem u d-diskorsi li saru minn tliet kelliema mistiedna tal-Partit Nazzjonalista li tkellmu dwar il-proposti tal-PN għal Ghawdex.
Storja oħra importanti tittratta l-kummenti lii ta Simon Busuttil wara li ta x-xhieda tiegħu fl-Inkjesta Maġisterjali li qed tinvestiga lil Keith Schembri dwar tixħim u korruzzjoni fil-bejgħ tal-passaport Malti.
Bħal kull nhar ta’ Sibt, f’In-Nazzjon hemm l-analiżi ta’ Victor Camilleri li tittratta wkoll dak li qiegħed isir u jingħad fil-kamp Laburista issa li resqin lejn nofs il-kampanja elettorali.