Dan l-aħħar saru l-kampjonati tal-Masters tas-snooker u l-kampjonat nazzjonali tal-billiards it tnejn li huma organizzati mill-MBSA.
Alex Borg li jilgħab mal-Klabb Juventutis Domus taż-Żejtun rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali tal-Masters (Over 40) tas-Snooker organizzat mill-Malta Billiards & Snooker Association meta fil-finali li għeleb lil Simon Zammit tal-Jesmond Sporting Club ta’ Ħamrun bl-iskor ta’ 5-1.
Il-finali ntlagħbet fil-każin tal-Banda Pinto, f’Ħal-Qormi u kienet ikkontrollata mir-referee Ivan Brincat.
Kien Borg li rebaħ l-ewwel erba’ frames fejn fihom għamel breaks ta’ 50, 51, 53 u 56 biex mar 4-0 minn fuq qabel l-intervall.
Wara l-mistrieh Zammit rebaħ il-hames frame bi break ta’ 69 punt iżda Borg rebaħ il-frame ta’ wara ghal skor finali ta’ 5-1.
Joe Agius rebaħ il-kampjonat nazzjonali tal-Billiards organizzat mill-Malta Billiards & Snooker Association meta fil-finali għeleb lil Brian Cardona bil-punteġġ ta’ 464-322. Il-finali ntlagħbet fuq ħin ta’ sagħtejn u nofs u kienet ikkontrollata mir-referee Frans Bugeja.
//= $special ?>