Il-bank ta’ reputazzjoni dinjija, it-tieni l-akbar bank fil-Ġermanja, m’għadux jaċċetta aktar dikjarazzjonijiet maħruġa minn kumpaniji tal-awditjar Maltin. Żvelat dan il-gazzetta The Malta Independent on Sunday meta kkuntattjat korrispondent tal-klijenti tal-bank stess.
Email li ntbagħat mingħand Commerzbank AG lil persuna ta’ nazzjonalita’ Ġermaniża li jgħix Malta kkonfermat li l-bank bidlet ir-regolamenti tagħha u issa hemm bżonn li jsir evalwazzjoni minn terzi Ġermaniżi sabiex jaċċerttaw li l-fatti huma korretti. Partikolarment dwar r-regolamenti ta’ ħasil ta’ flus f’Malta.
The Malta Independent on Sunday qalet li hemm tħassib dwar l-effett li skandli riċenti minn Gvern Laburista ħallew fuq is-settur tas-servizzi finanzjarji f’pajijżna.
The Malta Independent fakkret kif issa li ninsabu sena wara li l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri inqbadu b’kumpaniji sigrieti fil-Panama – fatti li komplew itebbaw isem Malta.
//= $special ?>