Għall-ħabta tal-4:30 ta’ dalgħodu, seħħ inċident tat-traffiku fl-Imdina li fih kienu nvoluti erba’ persuni.
L-inċident seħħ fi Triq l-Infetti l-Imdina meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn żewġ karozzi, waħda misjuqa minn raġel ta’ 66 sena mill-Imtarfa filwaqt li l-oħra kienet misjuqa minn Taljan ta’ 26 sena li joqgħod San Ġwann. Flimkien mat-Taljan kien hemm ukoll Taljana ta’ 19-il sena u ieħor ta’ 20 sena li wkoll residenti San Ġwann.
Fuq il-post tal-inċident issejħet l-assistenza medika li ħadet lill-persuni kollha l-isptar Mater Dei għall-kura. Ftit tal-ħin wara t-tfajla Taljana ġiet ċċertifikata li qed issofri ġrieħi serji filwaqt li l-ġuvni ta’ 20 sena qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-kundizzjoni taż-żewġ sewwieqa għadha mhux magħrufa.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>