Ftit tal-ħin ilu għadu kemm ġie ppubblikat ir-riżultat dettaljat ta’ kif tqassmu l-voti fis-serati tas-semi final tal-Eurovision 2017. Fil-fatt, skont ir-riżultati jidher li Malta, permezz tal-kanzunetta Breathlessly, kantata minn Claudia Faniello kisbet 55 punt mill-ġurija u xejn punti mit-televoting. Dan ifisser li Malta klassifikat fit-tmien post fost il-ġurija tal-pajjiżi li pparteċipaw, jiġifieri li kieku l-għaxar kanzunetti li għaddew għas-serata finali kienu determinati mill-ġurija biss, Malta kienet tgħaddi wkoll għas-serata tas-Sibt. Madanakollu minħabba li Malta ma rċeviet l-ebda voti mill-pubbliku, spiċċat m’għadditx għall-finali tal-Eurovision 2017. Fil-fatt Malta spiċċat klassifikat fis-16-il post mit-18-il pajjiż li kkompetew filmkien nhar il-Ħamis li għadda.
Dan huwa r-riżultat iddettaljat tat-tieni semi finali tal-Eurovision 2017:
Il-Eurovision 2017, intrebaħ mill-Portugall permezz tal-kantant Salvador Sobral li kien il-kantant li kiseb l-akbar ammont ta’ voti kemm mill-ġurija u anki mill-pubbliku. Interessanti l-fatt li anki fis-semi finali ta’ nhar it-Tlieta meta kkompeta hu, hu wkoll ġab l-akbar ammont ta’ voti, kemm mill-ġurija u anki mill-pubbliku.
Dan huwa r-riżultat iddettaljat tal-ewwel semi finali tal-Eurovision 2017:
//= $special ?>