Pilatus Bank – li fetaħ f’Malta tliet snin ilu – skont r-rapporti finanzjarji tagħhom daħħlu €223 miljun mill-klijenti tagħhom f’sentejn.
Dan il-bank f’Ta’ Xbiex qiegħed taħt dell ikrah wara li ġew żvelati dokumenti li esponenti mill-Gvern ta’ Joseph Muscat kellhom il-flejjes investiti f’ dan il-bank.
The Sunday Times of Malta tkellmet ma’ esperti finanzjarji li ħarsu lejn ir-rapporti finanzjarji ta’ Pilatus Bank stqarru li jinsabu sorpriżi bl-ammont kbir ta’ flus li ġew iddepożitati. Dawn l-esperti qalu li l-bank għandu fil-mira tiegħu klijenti li għandhom flejjes kbar fil-kontijiet tagħhom.
The Times tirraporta li dan il-bank tpoġġa taħt l-lenti tal-media wara li l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia zvelat li miljun ewro ġew trasferiti mill-kont f’Pilatus Bank tat-tifla tal-President tal-Ażerbajġan Aliyev għal għand il-mara tal-Prim Ministru ta’ Joseph Muscat.
Pilatus Bank ingħata l-liċenzja biex jiftah mill-MFSA f’Jannar tal-2014 – u bejn l-2014 u l-2015 leħħaq valur fl-assi tiegħu ta’ 326 miljun ewro. U kif ukoll li f’dawn l-istess sentejn, il-klijenti tagħhom iddepożitaw 223 miljun ewro.
F’dokumenti li ġew illikjati aktar kmieni, sar magħruf li l-FIAU kienet avżat li Pilatus Bank huwa espost għall-riskju għoli ta’ ħasil ta’ flus – iżda madanakollu skont is-sit tal-MFSA l-ebda miżuri amministrattivi jew penali ma ingħataw fil-konfront ta’ Pilatus Bank.
L-istess bank bħalissa għaddej taħt skrutinju mill-Qrati Maltin wara li sar magħruf li Keith Schembri daħħal kickbacks mill-iskema tal-bejgħ tal-passaporti f’kontijiet ma’ Pilatus Bank.
Madanakollu, din il-ġimgħa tħabbar ukoll li Pilatus Bank fetaħ proċeduri legali fl-Istati Uniti kontra dawk li ħammġu r-reputazzjoni tal-istess bank.
//= $special ?>