Ftit tal-ħin ilu, Graziella Galea, is-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar u l-kandidat għall-elezzjoni ġenerali kif ukoll Clayton Tanti Gregoraci, li hu l-Head of Operations tal-istazzjon Net, ingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ.
Minħabba ċ-ċirkostanzi politiċi, it-tieġ spiċċa qed isir f’nofs kampanja elettorali, f’mument tant impenjattiv kemm għal Graziella Galea bħala kandidat, kif ukoll għal Clayton bħala l-persuna responsabbli mill-aspett tekniku tal-kampanja elettorali.
Media.link communications tawgura lil Graziella u Clayton f’dan il-jum tant importanti għalihom.
//= $special ?>