“Għal raġunijiet ovvji – hemm dubji serji dwar jekk Joseph Muscat hux kapaci jtejjeb r-reputazzjoni u s-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna. Minn naħa l-oħra hu aktar affidabbli Gvern Nazzjonalista, li taħt l-amministrazzjoni tagħhom l-industrija tas-servizzi finanzjarji ġiet żviluppata b’pass stabbli u b’Kap Simon Busuttil li ilu jtambar dwar il-bżonn ta’ regolarizzazjoni u infurzar f’dan is-settur”- Kitba tal-Editorjal tal-gazzetta The Sunday Times of Malta – dwar il-pożizzjoni instabbli tas-servizzi finanzjarji ta’ pajjiżna.
“Għażla ċara bejn Muscat u l-klikka korrotta tiegħu u Malta” – qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fis-Siġġiewi wara l-involviment dirett tal-Gvern ta’ Joseph Muscat f’diversi skandli, u l-inazzjonijiet tiegħu li wasslu biex l-istess persuni involuti fl-iskandlu tal-Panama Papers żammew posthom f’Kastilja miegħu.
The Sunday Times of Malta kwotat numru kbir ta’ sorsi minn madwar id-dinja, partikolarment mill-Ministru Reġjonali Ġermaniż li stqarr mal-media li Malta hi l-Panama tal-Ewropa – tikketta li tkisser dak kollu li nbena fl-aħħar snin minn kumpaniji u ħaddiema Maltin fis-settur finanzjarju.
The Times kwotat u tat raġun lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, fejn kkundanna bil-kbir il-kliem li Malta hi l-Panama tal-Ewropa, iżda wkoll stqarr li l-fatt li Malta kellha Prim Ministru Joseph Muscat li għalaq għajnejh quddiem l-iskandli ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri – tnejn li ħammġu isem pajjiżna meta ġew ippublikati emails fl-iskandlu tal-Panama Papers hekk kif dawn għandhom kumpaniji sigrieti.
L-Editorjal ta’ The Sunday Times of Malta jtenn li Malta ma hijix il-Panama tal-Ewropa – iżda ċertament hemm bżonn ta’ riforma sabiex jiġi rregolat aħjar is-settur tas-servizzi finanzjarji.
//= $special ?>