Għall-ħabta tal-5.30 ta’ dalgħodu, mara ta’ 42 sena residenti l-Gżira nsterqet waqt li kienet miexja fi Triq Cameron.
Hu mifhum li waqt li kienet miexja u sejra x-xogħol, ħareġ raġel minn karozza u beda jimxi warajha. Malli mbagħad waslet fi Triq il-Flotta r-raġel allegatament poġġa sikkina ma għonqa, ħataf il-basket tagħha u ħarab jiġri minn fuq il-post.
Il-mara marret minnufih l-għassa tal-pulizija tal-Gzira fejn bdiet investigazzjoni dwar dan il-każ.
//= $special ?>