Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u Kristina illum żaru l-ommijiet u t-trabi tat-twelid fl-Isptar Mater Dei, fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm
Simon Busuttil u Kristina ltaqgħu mal-ommijiet u tkellmu magħhom dwar din l-esperjenza li għal wħud hija esperjenza ġdida.
Huma preżentaw fjuri lill-ommijiet fl-okkażjoni ta’ dan il-Jum.
Simon Busuttil u Kristina ltaqgħu wkoll mal-ħaddiema tal-isptar li jaħdmu b’tant dedikazzjoni.