Għal darb’oħra f’The Sunday Times of Malta – ‘Advocates for the rule of law’ reġgħu xtraw reklam fuq il-ħarġa tal-gazzetta tal-Ħadd. Din id-darba b’enfażi fuq dak li qed isir b’kuntrast għal dak li sippost sar.
Ir-reklam jgħid li kulħadd ‘għandu’ jkun ugwali f’għajnejn il-liġi – mhux ‘hu ugwali f’għajnejn il-liġi’. Hi ċara li dan il-grupp ta’ avukati qegħdin jiġbdu saqajn lil min iridu jwasslu l-messaġġ – qalu li issa hu l-mument li n-nies jagħżlu jekk iridux il-liġi ta’ soċjeta’ ċċivilizzata tirrenja, jew inkella il-liġi tal-ġungla.
L-espressjoni ‘l-Imperatur m’għandux ħwejjeġ. L-imperatur għarwien’ tagħmel referenza għall-ħrafa antika. L-istorja tgħid li kien hemm Imperatur li n-nies ta’ madwaru kienu bellawielu li libsulu libsa bi drapp tant fin li kienu biss dawk ta’ klassi għolja li setgħu jaraw din il-libsa. B’hekk dan l-Imperatur kien ħareġ f’parata quddiem il-poplu tiegħu jiffanfra b’din il-libsa, filwaqt li mingħalih li niesu huma kollha ta’ klassi għolja.
F’dan il-mument in-nies baqgħu mibluha, iżda xorta waħda bdew juru l-appoġġ tagħhom għall-Imperatur għax beżgħu li ħaddieħor jiġġudikahom – sakemm ħareġ tifel minn fost il-folla u għajjat: “L-Imperatur m’għandux ħwejjeġ!”. U f’dak il-mument in-nies kollha indunaw li mhux għax huma injoranti u ma rawx il-libsa, imma għax verament l-Imperatur kien għarwien.
It-tgħalima tgħid li kull ma hemm bżonn li wieħed biss jgħidha kif iħossha u kif inhi verament – sabiex il-poplu kollu jinduna x’inhi l-verita’. Storja li l-Advocates for the rules of law ħasbu li hi relevanti ma dak li qed ngħixu fiż-żminijiet tal-llum.
Aqra dwar reklam ieħor ta’ Advocates for the rules of law hawn taħt:
//= $special ?>Reklam biex jinstab Kummissarju tal-Pulizija, Chairman tal-FIAU, u l-Avukat Ġenerali