Lewis Hamilton għeleb lil Sebastian Vettel fi sfida missielta, biex rebaħ il-Grand Prix ta’ Spanja. Minkejja li tilef il-quċċata fil-bidu, Hamilton irnexxielu jaqbeż lil Vettel wara strateġija tajba ta’ Mercedes, bit-tnejn jaslu f’kuntatt ma’ xulxin meta Vettel ħareġ mill-pits. Il-vantaġġ ta’ Vettel fil-klassifika tas-sewwieqa, issa niżel għal sitt punti, wara t-tieni rebħa tal-istaġun għal Hamilton.
Iż-żewġ sewwieqa ddominaw it-tiġrija fejn spiċċaw 75 sekonda qabel Daniel Ricciardo tar-Red Bull li temm it-tielet, wara li Valtteri Bottas u Kimi Raikkonen kellhom inċident. Is-sewwieqa Finlandiżi kienu nvoluti f’inċident fl-ewwel kantuniera, flimkien ma’ Max Verstappen, bil-Finalndiż jispiċċa biex kellu jirtira.
L-istaġun ta’ Force India kompla jkun pożittiv wara li Sergio Perez u Esteban Ocon spiċċaw fir-raba’ u l-ħames post rispettivament, biex issa jinsabu 19-il punt taħt Red Bull. Nico Hulkenberg temm fis-sitt post filwaqt li Carlos Sainz kiseb is-seba’ post għal Toro Rosso wara li Pascal Wehrlein tas-Sauber ingħata ħames sekondi ta’ penalità. Daniil Kvyat tat-Toro Rosso temm id-disa’, b’Romain Grosjean ta’ Haas jieħu l-aħħar punt għal Haas.
//= $special ?>