Id-dibattitu bejn il-mexxejja fl-Università ta’ Malta, li kellu jsir it-Tlieta, issa ġie pospost għall-Erbgħa wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li ma kienx se jattendi.
Iktar kmieni, fi tweet, id-Direttur tal-Uffiċju Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista Matthew Bonett ħabbar li l-Partit Nazzjonalista offra li tinbidel id-data tad-dibattitu.
Kien għalhekk li ssejħet laqgħa urġenti li għaliha kienu mistiedna rappreżentanti tal-mexxejja tal-partiti kollha li se jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Din il-laqgħa, deskritta bħala kordjali ħafna, wasslet għal qbil li tinbidel id-data biex b’hekk ikun akkomodat ukoll il-Prim Ministru.
Oriġinarjament, il-Kap tal-PN Simon Busuttil kien aċċetta l-istedina mingħajr kundizzjonijiet.
Yest, I sent an email to @ThirdEyeMalta offering the possibility to reschedule Uni leaders' debate. Possible developments today @pnmalta
— Matthew Bonett (@bonettmatthew) May 14, 2017
Intant se tiġi evitata sitwazzjoni bħal dik ta’ erba’ snin ilu fejn il-Partit Laburista ħa miegħu folla ta’ Laburisti li ħafna minnhom lanqas biss kienu studenti. Dan għaliex għal dan id-dibattitu, min se jattendi jrid japplika minn sistemà onlajn li hi aċċessibbli biss għall-istudenti reġistrati.
//= $special ?>