Ekonomija moderna, żidiet fil-pagi, 30,000 impjieg ġdid mal-privat, u l-obligu li jinżamm Baġit bilanċjat. Huma dawn uħud mill-proposti ewlenin li qed iressaq il-PN għas-settur ekonomiku, bil-għan li l-ekonomija ta’ pajjiżna timxi ‘il quddiem għall-ġenerazzjoni li jmiss.
F’konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu Simon Busuttil elenka l-ewwel minn sett ta’ proposti li se jħallu aktar flus fil-bwiet tal-ħaddiema u l-familji.
Għada l-PN se jkun qed iressaq aktar proposti li għandhom x’jaqsmu mas-settur ekonomiku.
Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm il-Viċi Kap tal-PN Mario de Marco, id-deputati Claudio Grech, Robert Arrigo, Censu Galea, Antoine Borg, u Kristy Debono, kif ukoll il-kandidat Ivan Bartolo.
//= $special ?>