Sport Sport Ieħor

88 atleta Malti għal San Marino

Charlotte Wingfield (xellug) li ser ġġor il-bandiera Maltija fiċ-ċerimonja tal-ftuħ waqt il-Logħob f’San Marino

Kontinġent ta’ 88 atleta u 19 il-kowċ ser ikun qed jirrappreżenta lil Malta fis-17-il-Edizzjoni tal- Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa li ser isiru f’ San Marino bejn id-29 ta’ Mejju u it-3 ta’Ġunju.

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti, Julian Pace Bonello ser imexxi l-kontinġent Malti, filwaqt li x-Chef de Mission William Beck kkonferma li Malta se tieħu sehem fit-tnax id-dixxiplina li jinkludu Sparar bil-qaws, Atletika, Basketball, Beach Volley, Boċċi (Raffa), Ċikliżmu, Judo, Sparar, Għawm, Table Tennis, Tennis u Volleyball.

Din is-sena Malta ser tikkompeti fid-dixxiplini tal-isparar bil-qaws, boċċi u ċikliżmu wara li l-kompetizzjonijiet tal-golf u tal-ġinnastika li kienu fl-aħħar edizzjoni fl-Iżlanda ma humiex fil-programm ta’ din is-sena.

Mal-kontinġent Malti ser ikun hemm wkoll żewġ tobba u ħames fisjoterapisti
Id-Direttur Tekniku għal dawn il-Logħob, Mario Micallef stqarr li hu kunfidenti li l-kontinġent Malti huwa mħejji sew għall-Logħob. Hu wera it-tama li l-ammont ta’ midalji mirbuħa ser jaqbżu l-ammont miksub fl-Islanda sentejn ilu.

Julian Pace Bonello ppreżenta l-bandiera ta’ Malta lil Charlotte Wingfield li ser ġġor il-bandiera Maltija fiċ-ċerimonja tal-ftuħ li ser issir fl-Istadium ta’ Serravalle nhar it-Tnejn 29 ta’ Mejju.

L-atleti li se jmorru San Marino huma:

Atletika – Luke Bezzina, Matthew Croker, Charlton Debono, Ian Paul Grech, Daniel Saliba, Lisa Marie Bezzina, Francesca Borg, Sarah Busuttil, Mona Lisa Camilleri, Antonella Chouhal, Peppijna Dalli, Rachel Fitz, Janet Richard, Rebecca Sare, Roberta Schembri, Annalise Vassallo, Joanne Vella, Charlotte Wingfield
Basketball – Hanna Al-Tumi, Maria Bonett, Samantha Marie Brincat, Elena Cassar, Christina Curmi, Stephanie De Martino, Christina Grima, Josephine Grima, Nicola Handreck, Gabriella Mifsud, Sarah Jayne Pace, Ashleigh Vella,
Beach Volley – Dorianne Bonnici, Gertrude Zarb, Robert Balzan, Manuel Raffa
Boċċi (Raffa) – David Farrugia, Reno Farrugia, Stefan Farrugia, Giuseppe Gemelli
Ċiklizmu – Etienne Bonello, Maurice Formosa, James Mifsud, Alexander Pettett, Patrick Scicluna, Stephanie Alden, Marie Claire Aquilina, Michelle Vella Wood
Għawm – Jeremy Bugeja, Andrew Chetcuti, Matthew Galea, Michael Stafrace, Mikhail Umnov, Thomas Wareing, Matthew Zammit, Mya Azzopardi, Francesca Falzon Young, Alexandra Mcgonigle, Amy Micallef, Leah Tanti
Judo – Rodney Zammit
Sparar – Gianluca Azzopardi Spiteri, Gianluca Chetcuti, William Chetcuti, Bozhidar Dimitrov, Clive Farrugia, Brian Galea, Francis Pace, William Vella, Eleonor Bezzina
Sparar bil-Qaws – Daniel Schembri, Patrick Zammit
Table Tennis – Viktoria Lucenkova, Jessica Pace
Tennis – Matthew Asciak, Omar Sudzuka, Francesca Curmi, Elaine Genovese
Volleyball – Amanda Agius, Daniela Bonnici, Alison Borg, Lindsay Cordina, Maria Anne Costa, Isabel Cutajar, Sarah El Gasi, Marjoe Falzon, Thais Gatt, Zane Malasevksa, Francesca Sarcina, Sarah Spiteri