It-tennista Żvizzeru Roger Federer ħabbar li mhux se jieħu sehem fl-Open ta’ Franza biex ikun jista’ jikkonċentra aktar fuq l-Open ta’ Wimbledon u dak tal-Istati Uniti.
Din l-aħbar tfisser li din se tkun it-tieni sena konsekuttiva li Federer mhux se jkun qed jilgħab waqt l-Open ta’ Franza.
Is-sena li għaddiet tilef dan l-Open minħabba li kellu injury f’dahru.
Federer, li għandu 35 sena kien rebaħ l-Open ta’ Franza fl-2009 qal li din is-sena se jiffoka aktar fuq turnaments li jsiru fuq il-ħaxix u fuq l-art aktar milli fuq turnaments fuq it-tafal.
Federer b’kollox rebaħ 18-il Grand Slam bl-aħħar wieħed jasal f’Jannar li għadda meta dakinhar rebaħ l-Open tal-Awstralja.
//= $special ?>