#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Aktar ġurnalisti jistaqsu dwar Godfrey Farrugia; Muscat jibqa’ jirrifjuta li jwieġeb

Aktar ġurnalisti komplew jistaqsu lill-Prim Ministru Joseph Muscat dwar ir-reazzjoni tiegħu għal dak li qal u għamel l-eks Deputat Laburista Godfrey Farrugia fl-aħħar jiem, bil-Prim Ministru jibqa’ jirrifjuta li jwieġeb.

Wara li dalgħodu l-Prim Ministru kien mistoqsi dwar dan is-suġġett waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Barrakka t’Isfel, ftit tal-ħin ilu Muscat reġa’ kien iffaċċjat b’mistoqsijiet simili mill-ġurnalisti fi tmiem żjara li għamel f’post tax-xogħol f’Ħal Luqa.

Fir-risposta tiegħu, il-Prim Ministru rrepeta dak li qal aktar kmieni filgħodu: “m’inix se nikkummenta”. Ara l-filmat t’hawn fuq. Ara r-risposti tal-Prim Ministru ta’ dalgħodu fil-link t’hawn taħt.

FILMAT: Muscat jgħid li ma jridx iwieġeb mistoqsijiet dwar Godfrey Farrugia