#muscatgate Ambjent Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Kelliema Laburisti jiġġustifikaw il-bini fuq ODZ fiż-Żonqor

Fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat, kelliema Laburisti ġġustifikaw il-bini fuq art ODZ fiż-Żonqor. Waqt attività politika fil-Għargħur, is-Sindku ta’ Marsascala Mario Calleja mhux talli ġġustifika, iżda talli kważi beda jiftaħar bid-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li jagħti l-art taż-Żonqor għall-ODZ.

Skont dan il-kelliem ta’ Muscat, hemm bżonn li tinbena Università tal-Ġordaniżi… minħabba l-iskart. Bl-istess kelliem Laburista, jgħid grazzi lil Muscat talli xorta se jeqred parti sostanzjali taż-Żonqor minkejja l-oppożizzjoni qawwija mill-poplu għal dan.

Il-kummenti tas-Sindku ta’ Marsascala sabu l-approvazzjoni ta’ Joseph Muscat, li kien bilqegħda ftit passi bogħod minnu waqt intervista politika.

Dan kollu jikkuntrasta bil-kbir mal-pożizzjoni ċara u inekwivoka tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li kkommetta ruħu li ma jkunx hemm bini fuq art ODZ fiż-Żonqor.

Waqt l-attività politika fil-Għargħur, il-Prim Ministru ma qagħdx lura milli jattakka numru ta’ proposti tal-Partit Nazzjonalista, bil-Prim Ministru saħansitra jirredikola l-Partit Nazzjonalista dwar il-proposti tiegħu fuq persuni b’diżabilità.