#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Kelliema ta’ Muscat imbarazzati bl-iżviluppi dwar Godfrey Farrugia

Tkompli toħroġ aktar fil-beraħ is-sitwazzjoni imbarazzanti li spiċċa fiha l-Partit Laburista wara r-riżenja ta’ Godfrey Farrugia u l-mod kif dan ingħaqad mal-Forza Nazzjonali.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, kemm il-Ministru Edward Scicluna kif ukoll il-Ministru Evarist Bartolo dehru imbarazzati meta mistoqsijin dwar dak li sa ftit jiem ilu kien kollega tagħhom Godfrey Farrugia, tant li bilkemm kienu jafu x’se jaqbdu jgħidu.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet negattiva, il-kelliema ta’ Muscat attakkaw proposta wara l-oħra tal-Partit Nazzjonalista. Filaftt, l-iskop ta’ din il-konferenza tal-aħbarijiet kienet apposta biex imaqdru l-proposti tal-Forza Nazzjonali.

Il-Partit Laburista qed iżid fid-doża ta’ negattività fuq il-proposti tal-Partit Nazzjonalista u qed jiddedika attivitajiet politiċi sħaħ biex jikkritika proposti bħaċ-childcare b’xejn għal kulħadd, l-impenn tal-Partit Nazzjonalista li jiżdiedu l-impjiegi bi 30,000 u l-impenn li Gvern Nazzjonalista jibda jaħdem minnufih fuq sistema ta’ metro.